Nirien ħakmu garaxx fi Triq Dawret, f’Ħal Għaxaq. Persuni nnutaw duħħan ħiereġ minn garaxx ta’ residenza u ċemplu fuq in-numru tal-Emerġenza 112. Il-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili ħadmu biex tfew in-nirien.
B’xorti tajba kien il-garaxx biss li ġarrab xi danni, għalkemm id-dħaħen infirxu mad-dar kollha.
Għalkemm ebda persuna ma kienet fir-residenza dak il-ħin u ħadd ma sofra ġrieħi, kien hemm qattus u kelb, b’tal-aħħar jiġi salvat mill-membri tal-Protezzjoni Civili filwaqt li l-qattus laħaq miet.
Dan hu l-mument meta kien salvat il-kelb u ngħata l-ossiġnu.
https://www.youtube.com/watch?v=BSLReMFzfpk