Kelb li kien qed jingħata taħriġ fl-ajruport ta’ Auckland, New Zealand, inqatel mill-Pulizija wara li ħarab minn taħt idejn dawk li kienu qed ituh it-taħriġ. Il-kelb li kellu biss għaxar xhur u kien qed jingħata taħriġ biex jibda jassisti l-Pulizija fit-tfittxija għal splussivi fl-ajruport, inqatel sempliċiment għax minħabba fih kien hemm numru ta’ titjiriet li telqu tard.
Dawk li kienu qed jagħtu t-taħriġ lil dan il-kelb, li kien fadallu biss sitt xhur biex jibda jassisti lill-Pulizija, għamlu sigħat ifittxu lill-kelb fir-runway tal-ajruport. Kien wara li sittax-il titjira telqu tard minħabba li dan il-kelb beda jiġri fir-runway, li l-istaff tal-ajruport qalet lill-Pulizija biex jisparawlu.
Fuq twitter, l-Ajruport kien spjega li hemm titjiriet li se jkunu tard minħabba li ħarab kelb fl-ajruport, wara qal li l-kelb instab u kollox irritorna għan-normal, iżda l-aħħar tweet kienet li sfortunutament il-kelb kellu jinqatel.
Unfortunately an Aviation Security dog was shot this morn @AKL_Airport staff had tried for 3 hours to catch it our thoughts are with handler
— Auckland Airport (@AKL_Airport) March 16, 2017
Attivisti favur l-annimali, ikkundannaw dan il-qtil u saqsew għaliex dan il-kelb inqatel flok ġie kontrollat. Għal dan kelliem ta’ Awtorità tal-Avjazzjoni (CAA) qal li huma ma kellhom ebda għażla.