Omm flimkien ma’ binha ta’ sitt snin spiċċaw l-isptar wara li ġew attakkati minn kelb Rottweiler, f’Ta’ Qali.
Ir-raġel tal-vittma Garvan Keating kiteb fuq Facebook, fejn spjega kif l-inċident seħħ fil-bidu ta’ Marzu wara li lestew minn mixja.
Keating irrakkonta kif bħala familja raw il-kelb jersaq lejn ibnu ta’ sitt snin u attakkah. Hawnhekk semma kif martu qabżet għal fuq il-kelb u ġġieldet mal-kelb sakemm neħħietlu ħalqu minn ma’ binha.
Hawnhekk, Keating spjega kif wara li martu salvat lill-binha, f’daqqa waħda l-kelb qabeż għal fuq martu u beda jattakkaha.
Żied jgħid kif sid il-kelb qabad lill-kelb u telaq minn fuq il-post, mingħajr ma ta l-ebda għajnuna.
Fil-kitba fuq Facebook, huwa rrangrazzja lill-individwi li kien hemm fil-park f’Ta’ Qali u marru jagħtu l-għajnuna liż-żewġ vittma li ħalla dan l-attakk.
Ritratti: Garvan Keating/Facebook