Tlett irġiel li għandhom 29 sena, 27 sena u 26 sena mir-Rabat u l-Mosta u mara ta’ 55 sena mill-Mosta ġew arrestati wara li nqabdu bid-droga.
Din il-qabda saret b’ħidma konġunta bejn erba’ taqsimiet differenti tal-Korp tal-Pulizija. Għal diversi jiem, il-pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga bdew isegwu l-movumenti ta’ persuni suspettati li qed jittraffikaw id-droga.
Fl-aħħar sigħat, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, flimkien mis-Sezzjoni tal-Klieb u mill-Pulizija mid-Distretti tal-Ħamrun u tal-Mosta wettqu tfittxijiet f’residenzi, f’għelieqi, f’diversi rziezet u anke f’vetturi fil-Ħamrun, ir-Rabat u l-Mosta.
Waqt dawn it-tfittxijiet il-Pulizija sabet madwar tliet kilogrammi droga, suspettata ħaxixa tal-kannabis.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea qed tmexxi Inkjesta Maġisterjali rigward dan il-każ.