Il-linja tal-ajru United Airlines assumiet ir-responsabbiltà kollha wara li kelb tpoġġa f’kompartament minflok tħalla fuq sidu u miet.
Il-linja tal-ajru saħqet li dan huwa inċident traġiku li ma jridx jerġa’ jiġri.
Il-kelb tar-razza French bulldog miet waqt titjira minn Houston għal New York nhar it-tnejn li għadda 12 ta’ Marzu 2018.
Il-membru tal-ekwipaġġ min-naħa l-oħra qalet li ma kinitx taf li fil-basket kien hemm kelb.