Attakk minn kelb il-baħar ’il barra mill-kosta Eġizzjana fil-Baħar l-Aħmar, ħdejn il-belt ta’ Marsa Alam, ħalla turist mejjet u ieħor midrub, skont uffiċjali lokali.
Il-Ministeru tal-Ambjent qal li l-attakk seħħ barra ż-żona sigura għall-għawm f’ilma fond. L-aġenzija tal-aħbarijiet AFP irrapportat li ż-żewġ vittmi huma Taljani. Ir-raġel li miet, ta’ 48 sena, kien jgħix Ruma, filwaqt li l-midrub għandu 69 sena.
Iż-żona kollha għall-għaqm f’Marsa Alam ingħalqet, waqt li kienet qegħda ssir investigazzjoni fuq l-inċident.