Jekk tkun qed tilgħaq ix-xemx nhar ta’ Ħadd fuq xi bajja madwar il-gżejjer Maltin, m’għandekx għalfejn tieħu qata’ jekk tara kelb il-baħar jixxemmex ħdejk.
Dan hekk kif bħala parti minn kampanja ta’ numru ta’ ditti, Arena, qed jitħejju għadd ta’ attivitajiet fosthom skultura ta’ kelb il-baħar magħmula mir-ramel fuq numru ta’ bajjiet madwar il-gżejjer Maltin.
Din l-iskultura mhux biss qed isservi bħala mezz ta’ reklamar iżda saħansitra qed isservi wkoll bħala attrazzjoni kemm mat-turisti u kif ukoll mal-Maltin fejn qed jieqfu jieħdu ritratt ta’ dan il-kelb il-baħar b’differenza.