L-Imħallef Lawrence Mintoff ħareġ ordni ta’ mandat ta’ arrest fil-konfront ta’ Keith Schembri wara li ma waslitx għandu n-notifika sabiex jixhed fil-każ tan-negozjant Yorgen Fenech.
L-Avukati mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bdew jistaqsu mistoqsijiet lin-negozjant Yorgen Fenech.
Fenech xehed li Schembri kien jgħidlu li l-informazzjoni kien jagħtihielu l-Ispettur Arnaud. Iżda huwa ma eskludiex li din l-informazzjoni kien iġibha minn briefings li hemm Kastillja.
Dwar l-impjieg tal-mara tal-Ispettur Arnaud, Yorgen Fenech, wara li għamel din l-allegazzjoni, qal li ma jiftakarx il-kliem eżatt li qallu Keith Schembri dwar dan l-impjieg.
Kontinwament, Yorgen Fenech qiegħed iwieġeb “ma jiftakarx”.
Qal li huwa kien qed ikollu informazzjoni kontinwa dwar l-investigazzjonijiet tal-pulizija u kien jaf dwar l-arrest fl-2017. Qal li kien jaf li Vince Muscat u l-Avukat tiegħu Arthur Azzopardi qegħdin jitkellmu mal-pulizija.
Fenech qal li fil-bidu ta’ din is-sena Schembri kien qallu li l-pulizija qed isegwi mill-viċin lil Melvin Theuma minhabba kazijiet relatati mal-finanzi tiegħu. Kien qallu li kellu jsir raid fuq Melvin Theuma fuq affarijiet relatati ma’ flus.
Dwar l-ispettur Arnaud, qal li Schembri kien jgħidlu li għandhom relazzjoni close hu u Arnaud.
Fenech qal li ġieli kien ikun ma’ Schembri dan kien jgħidlu bagħatli Arnaud, iżda qal li ma jafx x’kien il-kontenut tal-messaġġi.
B’reazzjon għal mandat tal-qorti, Schembri qal li hu ma ġiex notifikat u meta jiġi notifikat m’għandu ebda duffikultà biex jattendi l-qorti b’rispett lejn l-istituzzjoni tal-ġustizzja.
http://www.one.com.mt/2019/12/17/bhalissa-ikompli-jinstema-l-kaz-ta-yorgen-fenech-biex-l-ispettur-arnaud-ma-jibqax-jinvestiga-l-qtil-ta-dcg/
http://www.one.com.mt/2019/12/17/il-pm-dejjem-insista-li-l-europol-jibqghu-involuti/