Fl-aħħar ħinijiet Keith Schembri ġie rilaxxat mid-Depot tal-Furjana wara li kmieni dalgħodu ġie arrestat mill-Pulizija.
Filmat ta’ TVM wera lil Schembri joħroġ mid-Depot flimkien mal-Avukati tiegħu Edward Gatt u Mark Vassallo.
Ġie rappurtat li Schembri ngħata l-police bail. Nifhmu wkoll li ġara l-istess ma’ Brian Tonna.
Fil-jum tat-Tnejn il-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi ta’ Schembri u Tonna fost oħrajn. Dan wara li ġiet konkluża inkjesta dwar allegat tixħim fil-programm ta’ ċittadinanza b’investiment.