Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ċ-Chief of Staff Keith Schembri qatt m’abbanduna x-xogħol u għalkemm għaddej b’xi terapija se jkun qed jirritorna ma jdumx.
Iddeskriva bħala aħbarijiet foloz dawk li Schembri għandu marda terminali. Xi ħaġa li nkitbet fil-midja assoċjata mal-Partit Nazzjonalista.
Il-Prim Ministru kien mistoqsi mill-ġurnalisti dwar dan wara li nhar il-Ħadd il-mument ivvintat storja li Muscat ried lil James Piscopo biex jidħol chief of staff Kastilja.
Saħansitra l-Prim Ministru qal li Schembri qatt m’abbanduna l-kariga tiegħu u jistenna apoloġija minn min kiteb hekk.