L-ex Chief of Staff tal-Prim Minsitru Keith Schembri ħabbar li rriżenja minn membru fil-Partit Laburista.
F’ittra mibgħuta lill-President tal-Partit Laburista qal li ma jixtieqx li ismu jiġu użat u jkun il-kaġun li tinħoloq firda fil-Partit Laburista.
Huwa talbu jikkonsidra t-tessera tiegħu fil-Partit Laburista bħala waħda mwaqqfa. Huwa qal li jinsab konvint li l-verità se toħroġ kollha biex kulħadd ikun jista’ jaraha anke dawk li qal li ġġudikawh sempliċement fuq allegazzjonijiet infodati.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista kkonferma li rċieva r-riżenja ta’ Keith Schembri minn membru tal-Partit Laburista.