Keith Schembri ddaħħal l-isptar Mater Dei u qed jirċievi l-kura għal raġunijiet serji ta’ saħħa.
Dan stqarru l-Avukat Edward Gatt barra l-Qorti qabel kellha tkompli tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-każ ta’ Schembri u akkużati oħra mixlija b’korruzzjoni u ħasil ta’ flus fuq xiri ta’ magna tal-istampar għat-Times fl-2008.
Dr Gatt appella biex kulħadd jittratta lil Schembri u lil familtu b’dinjità.