Ic-Chief of Staff tal-Prim Ministru – Keith Schembri ċaħad rapport fil-midja dwar allegati trasferimenti u pagamenti fil-ġurnal The Times.
Huwa qal li l-kumpaniji 17 Black u MacBridge li saret referenza għalihom kienu inklużi fil-pjani kummerċjali tan-negozju tal-grupp tiegħu bħala klijenti potenzjali.
Spjega li l-kumpaniji tiegħu jagħmlu għadd ta’ pjani kummerċjali bħal dawn, madankollu qal li huwa fatt li dawn ż-żewġ kumpaniji qatt ma’ saru klijenti tan-negozju tiegħu u għalhekk qatt ma saru transazzjonijiet la ma’ dawn il-kumpaniji u lanqas miegħu.
Fi stqarrija, separata, il-Ministru Konrad Mizzi qal li l-allegazzjonijiet u l-ispekulazzjonijiet magħmula mit-Times of Malta huma ripetizzjoni ta’ allegazzjonijiet infondati u spekulazzjonijiet magħmula qabel l-elezzjonijiet ta’ Ġunju 2017.Dr Mizzi jiddikjara b’mod inekwivoku li ma hemm ebda konnessjoni, diretta jew xort’oħra, bejnu u s- 17Black.
Sosnta li l-kumpanija Hearnville Inc ma kellha l-ebda kont bankarju u ma rċeviet l-ebda flus minn kwalunkwe sors.