L-avukati Edward Gatt u Mark Vassallo għadhom kemm preżentaw kwerela lill-Kummissarju tal-Pulizija f’isem il-klijent tagħhom Keith Schembri.
Dan għamluh għax jemmnu li saru numu ta’ reati fosthom fabrikazzjoni ta’ fatti li ma jeżistux, kalunnja u ġurament falz fir-rikorsi li ġew ippreżentati mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
Bl-aħħar rikors ikun dak imressaq fl-14 ta’ Lulju, li fih il-Kap tal-Oppożizzjoni talab lill-Qorti tal-Maġistrati biex tinfetaħ inkjesta kriminali dwar iċ-Ċhief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi b’rabta mal-ftuħ ta’ kumpanija fil-Panama.
Rikors li Schembri qal li huwa legalment insostenibbli peressli li dak li talab huwa diġà mertu tal-inkjesti li nfetħu quddiem il-Qorti tal-Maġistrati fuq talba tiegħu stess.
Schembri talab lill-Pulizija tieħu l-pariri li għandha tieħu sabiex tibda tinvestiga lill-Kap tal-Oppożizzjoni. Kif għamel matul il-proċess kollu ċ-chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, poġġa ruħu għad-dispożizzjoni biex jippreżenta l-provi kollha filwaqt li qed jitlob lill-Kap tal-Oppożizzjoni sabiex flok jibqa’ jigdeb fuqu jressaq il-provi li qal li għandu.
Għaldaqstant, l-Avukati se jkunu qed isegwu dan il-każ bil-possibbiltà li l-Pulizija tinvestiga u tieħu passi dwaru.