Waqt mozzjoni li tressqet fil-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ Sliema Wanderers li saret fit-tmiem il-ġimgħa, il-membri ta’ Sliema Wanderers qablu li Keith Perry għandu jkompli jmexxi lill-klabb bħala President għal tlett snin oħra.
Il-membri preżenti unanimament qablu sabiex Perry jkompli jservi bħala President tal-blus wara li tressqet mozzjoni ta’ fiduċju fl-istess persuna.
Perry ilu jservi fil-kariga ta’ President għal dawn l-aħħar seba’ staġuni fejn irnexxielu jirbaħ l-FA Trophy fl-istaġun 2015 / 2016.
Ritratt: Joe Borg