It-tiġrija inawgurali tas-Serje Go&Fun Triathlon ospitata mill-Birkirkara St Joseph Sports Club bdiet il-Ħadd fis-Salina, fejn laqgħet taħlita ta’ atleti b’esperjenza u parteċipanti li kienu qedin jieħdu sehem għall-ewwel darba. It-tlielaq seħħew fuq ż-żewġ distanżi – Sprint u Olimpika. L-ewwel kapitlu tas-serje, mifruxa fuq erba’ partijiet żvolġiet fiċ-ċentru tat-triathlon ta’ Malta. It-tiġrija pprovdiet xi sorpriżi hekk kif xi atleti ġodda ħadu posthom fuq il-podju.
Fit-triathlon tad-Distanza Olimpika (1500m għawma, 40km rota, 10km ġirja), Keith Galea tal-BSJ ħa l-vantaġġ fl-1500m għawma biex stabbilixxa l-pass għall-dawk li kienu qedin jimmiraw fost fuq il-podju. Id-dehra ta’ Roberto Briffa fuq il-podju ma kienitx sorpriża totali, minħabba li fis-Serje tas-sena l-oħra rreġistra bike splits b’saħħithom, madankollu t-tieni post tiegħu wera li huwa forza ta’ min wieħed iqis, wara li qabeż triatleti b’saħħithom u b’aktar esperjenza bħal Josef Bonavia, li spiċċa fit-tielet post, Steve Ritchie u Josef Azzopardi li lkoll dehru regolarment fuq il-podju tas-Serje preċedenti.
It-tiġrija tan-nisa ntrebħet minn Deborah Schembri li għamlet id-debutt fuq ix-xena, filwaqt li Justine Scicluna ħadet it-tieni post.
Kai Azzopardi kien ir-rebbieħ tat-tellieqa fuq distanza Sprint (750m għawma, 20km rota, 5km ġirja). Hu kiseb distakk tajjeb fuq Ryan Muscat, li spiċċa fit-tieni post. Muscat rreġistra ħinijiet imtejba fuq dawk tas-sena l-oħra. Fit-tielet post kien Ian Camilleri. Il-kategorija tan-nisa rat lil Maya Schembri Rodgers toħroġ mill-ilma l-ewwel, b’Danica Bonello Spiteri u Keira Attard joħorġu mill-għawma b’distakk ta’ sekonda bejniethom. Filwaqt li Bonello Spiteri irreġistrat l-aħjar ħin fuq ir-rota f’din il-kategorija, il-prestazzjoni ta’ Schembri Rodgers ratha tieħu r-rebħa.
Birkirkara St Joseph Sports Club irringrazzja lill-Kunsill Lokali tan-Naxxar, lil Transport Malta, lill-Pulizija tad-Distrett u lil Go&Fun għas-sapport u l-assistenza fl-organizzazzjoni tat-tellieqa. It-tellieqa li jmiss tal-BSJ Go&Fun Triathlon Series, se ssir il-Ħadd 7 ta’ April fis-Salina.
BSJ Go&Fun Triathlon Series Riżultati tal-Ewwel Tellieqa
Distanza Olympika Distanza Sprint
Irġiel Nisa Irġiel Nisa
1st Keith Galea (2:06:39) Deborah Schembri (2:37:46) Kai Azzopardi (1:00:52) Maya Schembri Rodgers (1:10:49)
2nd Roberto Briffa (2:09:39) Justine Scicluna (3:05:31) Ryan Muscat (1:05:06) Danica Bonello Spiteri (1:11:36)
3rd Josef Bonavia (2:11:02) Ian Camilleri (1:11:46) Keira Attard (1:18:38)
(Photo Credit: BSJ/Kieran Borg)