It- triatleta malti Keith Galea kellu debutt mill– aqwa hekk kif il-ġimgħa li għaddiet tellaq għall-ewwel darba għal TEAM BARRY bi prestazzjoni mill- aqwa ġewwa Spanja. Galea fetaħ l-istaġun tiegħu b’ tellieqa Half Ironman f’ Deltebre fi Spanja. It -temp kien wieħed ideali ħafna biex wieħed jagħmel prestazzjoni tajba bi ftit riħ u xemxi.
Galea kellu għawma tajba ħafna hekk kif tela’ mill-ilma ma’ l ewwel grupp fis-seba’ post. Fuq ir rota Galea żamm pass tajjeb ħafna b’medja ta’ kwazi 40k/h f’ħin ta’ sagħtejn u disa’ minuti u spiċċa bin- nofs maratona f’ siegħa u tnejn u għoxrin minuta biex għamel it-tellieqa f’ħin ta tlett siegħat u tnejn u ħamsin minuta. Grazzi għal din il-prestazzjoni Galea temm fil-ħdax -il post u it-tmienn wiehed fil-kartegorija tiegħu.
Galea jinsab vera kuntent bil-prestazzjoni tiegħu għax tejjeb il-ħin personali u huwa l-ewwel Malti li nżel taħt l-erbgha sieghat fuq din id- distanza. Galea qal li għadda minn żmien ta inċertezza peress li l-klabb li kien fih minn mindu beda dan l-isport, Birkirkara St Joseph għalaq il-bibien tiegħu wara ħamsin sena attiv. Għalih kienet telfa kbira u huwa vera kuntent li wara żmien diffiċli irnexxielu jikseb dan ir-rizultat.
Galea jixtieq jirringrazza lil Barry Whitmoore tal-opportunita’ li tah biex itellaq f’isem TEAM BARRY u tas support li dejjem tah matul il karriera tieghu. Ukoll jixtieq jirringrazzja l-isponsors tiegħu Eurosport, Bike it up u Starbene Takwhey.
Huwa jiddedika din it-tellieqa lil Birkirkara St Joseph u jirringrazzja l-klabb ta’ dak kollu li għamel miegħu minn meta beda dan l-isport.