Sir Keir Starmer rebħal l-elezzjoni għall-mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista fir-Renju Unit.
Huwa ser ikun qed jieħu post Jeremy Corbyn li għal dawn l-aħħar ħames snin serva bħala kap ta’ dan il-partit hu.
Starmer rebaħ din l-elezzjoni għal kap tal-partit kontra Rebecca Long-Bailey u Lisa Nandy fl-aħħar fażi tat-tellieqa. Angela Rayner ser tkun id-deputat mexxej.
Intant, Starmer qal li l-ewwel prijorita tiegħu ser tkun li jaħdem mal-Prim Ministru Ingliż sabiex flimkien jiġġieldu l-pandemija tal-Coronavirus.