“Kburi li n-nannu tiegħi ser ikun l-10 President ta’ Malta.”
Hekk stqarr ma’ One News David Cushieri, wieħed mis-seba’ neputijiet tal-President il-ġdid George Vella, ġewwa r-residenza privata tal-President fiż-Żejtun.
David qal li din il-ġurnata hija ferm speċjali għalih kif ukoll għall-familja kollha tiegħu fosthom is-sitt neputijiet l-oħra tal-President Vella.
Huwa ddiskriva lil nannuh bħala persuna ta’ esperjenza kbira kemm fil-qasam politiku kif ukoll f’dak mediku.