47 plejer tat-tennis jinsabu fi kwarantina wara li wasslu f’Melbourne għat-tournament tal-Australian Open. Huma jinsabu fi kwarantina wara li erba’ persuni li kienu fl-istess titjiriet instabu pożittivi għall-Covid-19, madanakollu s’issa l-ebda plejer ma rriżulta pożittiv.
Kull min kien abbord iż-żewġ titjiriet li waslu minn Los Angeles u Abu Dhabi, huma kkunsidrati bħala kuntatt qrib u għalhekk huma ġew ordnati li ma joħorġux mill-kmamar tal-lukanda tagħhom għall-14-il jum.
Intant, plejers oħra li waslu fl-Awstralja fuq titjiriet differenti xorta waħda huma obbligati li jagħmlu ħmistax kwarantina, bid-differenza li huma jistgħu jħallu l-lukandi tagħhom għal ħames sigħat kuljum biex jitħarrġu.
It-tournament mistenni jibda fit-8 ta’ Frar.