Il-Ministeru għal-Edukazzjoni rrapporta każ ta’ scabies fl-Iskola Primarja tal-Ħamrun (GP), fi ħdan il-Kulleġġ San Ġorġ Preca.
Fi stqarrija, kien ikkonfermat li l-iskola ħadet il-miżuri meħtieġa minnufih u saru l-interventi skont il-proċeduri normali f’dawn il-każijiet.