Francis Farrugia ma nstabx ħati li f’Lulju ta’ tliet snin ilu darab gravi lil Rene Bezzina f’argument li nqala’ bejniethom f’Lulju tal-2015.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ filgħodu fil-każin tal-banda tal-Għargħur. Fix-xhieda tiegħu fil-qorti, l-akkużat xehed li kien ma’ żewġt irġiel oħra b’wieħed minnhom għal xi raġuni, ħatfu minn dirgħajh u minn hemm ‘il quddiem, l-akkużat ma jafx x’ġara aktar.
Fid-deċiżjoni tagħha, l-Qorti lliberat lil Farrugia minn kull akkuża hekk kif l-allegat vittma ddikjara li ma kien qed jippretendi xejn mingħand l-akkużat.