Kollox jindika li kampanja Daniża sabiex tiżdied ir-rata ta’ twelid qed tħalli l-frott. Dan is-sajf mistennija jitwieldu 1,200 tarbija aktar minn kemm twieldu s-sena li għaddiet.
Waħda mill-kampanji saħansitra inkoraġġiet lill-ulied jagħmlu t-tfal, bl-islogan “għamilha għal ommok” – ċioe għamilha nanna.
Il-kumpanija Spies Travel ħarġet dan il-filmat li kien intwera’ fuq l-istazzjoni televiżiv nazzjonali Daniż lura f’Settembru 2015. Araw x’taħsbu:
Is-sistema ta’ għajnuna mill-istat fid-Danimarka tinsab fi kriżi minħabba li l-popolazzjoni qed tixjieħ u l-ammont ta’ tfal li qed jitwieldu huwa baxx ħafna. In-numri mhux qed jiżdiedu daqs kemm jixtiequ l-awtoritajiet. Infatti r-rata ta’ twelid hija l-inqas fi 30 sena.
Ħafna mhux qed iqisuha kumbinazzjoni li riklami u kampanji bħal dawn qed iwasslu għal xi ftit ċaqlieq, fil-vera sens tal-kelma.