Kompla l-każ kontra żagħżugħ ta’ 25 sena mixli li stupra lill-kuġintu ta’ 10 snin, fejn il-Qorti semgħet kif il-kamra ta’ fuq il-bejt, fejn qed jiġi allegat li seħħ l-istupru, kienet dejjem tinżamm magħluqa u ma setgħetx tinfetaħ minn ħadd.
Fost dawk li xehdu kien hemm il-ġirien fejn waħda minnhom spjegat kif ilha tgħix quddiem id-dar ta’ omm il-vittma għal dawn l-aħħar 38 sena fejn iddeskriviet lit-tifla bħala possessiva, ambizzjuża u li ta’ spiss tismagħha tiddetta lil ommha.
Ix-xhud qalet li hi taf lill-akkużat minn meta kien għadu tifel u li kien ilu mat-tfal tiegħu għal snin twal. Spjegat kif it-tifla kienet iżżur id-dar ta’ kuġinuwha mal-ġenituri tagħha fejn kienet tiekol u titlaq. Qalet li hi tifla kwieta iżda wisq ambizzjuża fejn tkun trid lil kulħadd taħtha.
Membru ieħor tal-familja, quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera qal li l-akkużat kien qed jgħix mal-ġenituri tat-tfajla tiegħu. Spjega kif hu jżomm l-għasafar fuq il-kamra ta’ fuq il-bejt u li jżommha maqfula biċ-ċwievet jinżammu fuqu nnifsu.
Qal li l-akkużat kien jitla’ sa fuq darba kultant biex iġib sigarett fejn iddeskriva lit-tifla bħala duttura.
Wara telgħet tixhed l-għarusa tal-akkużat fejn qalet li qatt ma kellha argument mat-tifla u ddeskrivietha bħala tifla b’karattru diffiċli u li l-ħin kollu tgħajjat mal-ġenituri tagħha. Qalet li għall-ewwel kienet ixxukkjata iżda mbad ħassitha ddeterminata li mhumiex vera. Missier it-tewmin li allegatament kienu preżenti meta seħħ l-abbuż spjega kif it-tifla hi għajjura u possessiva.
Kuġin ieħor spjega kif l-akkużat kien ikun qed jilgħab fuq il-PlayStation filwaqt li t-tifla dejjem kienet tkun x’imkien ieħor, f’post fejn jaqbad l-internet. Meta mistoqsi għalfejn neħħijha minn Facebook u għalfejn bblukkaha fejn spjega kif ma jridx li hi tivvinta xi ħaġa fuqu u kif hu sema’ dwar dan kollu fuq l-aħbarijiet.
Spjega kif qabel dan il-każ kienu familja magħquda iżda issa hu għażel li ma jkellimx lill-familja tal-vittma u lanqas lilha. Qal “Ma nafdahomx. Gidba, impossibli li ġrat. Il-post tan-nanna żgħir u hemm mera li minnha kollox jidher.”
Il-każ mistenni jkompli aktar tard llum.