It-tnax-il persuna arrestati b’konessjoni mal-attakk terroristiku f’Westminster u l-Parlament Ingliż ingħataw il-ħelsien mill-arrest u mhux se jkomplu jiġu investigati. Dan spjegatu l-Pulizija ta’ Londra.
Raġel ta’ 30 sena li qabel dan l-attakk ġie arrestat f’Birmingham b’suspett li kien qed iħejji attakk terroristiku inħeles is-Sibt. Ħdax-il persuna oħra li ġew arrestati b’konnessjoni ma’ dan l-attakk ukoll ingħataw il-ħelsien mill-arrest u mhux se jibqgħu jiġu investigati mill-Pulizija.
Il-Pulizija stqarret li mill-ewwel stħarriġ ma jidhirx li Khalid Masood, li wettaq dan l-attakk kellhu rabtiet mal-grupp militanti tal-ISIS jew l-al Qaeda. Huwa nqatel mill-Pulizija fuq ix-xena tal-attakk fi 22 ta’ Marzu. F’dan l-attakk inqatlu erba’ persuni.