Kayden Lagana ta’ 11-il sena, żied fuq il-midalja tal-fidda li rebaħ il-ġimgħa l-oħra bir-rebħ tal-midalja tad-deheb fl-Irlanda fi tmiem il-ġimgħa. Lagana ddomina l-grupp tiegħu mil-bidu, b’medja tajba ħafna ta’ 194 pin u żamm l-ewwel post fis-semi finali ukoll. Fil-finali, Lagana għeleb lit-tlett plejers oħra li għaddew għall-finali biex b’hekk rebaħ meritatament.
Intant, Philip Gruppetta li kien l-unika plejer ieħor minn Malta, spiċċa fit-12-il post fil-kategorija kkombattuta ta’ taħt l-24 sena, fejn kellu l-unur li lagħab logħba perfetta ta’ 300 pin.
Din kienet il-ħames medalja liż-żgħażagħ Maltin rebħu fil-European Youth Tour f’dan l-istagun. Apparti l-medalji ta’ Lagana u Gruppetta, Dwayne Zahra rebaħ medalja tad-deheb fil-Belġju u żewġ medalji tal-bronż għal Edward Xuereb u Chris Fenech f’Southampton l-Ingilterra f’Settembru li għadda.
Fl-aħħar ta’ dan ix-xahar, għaxar żgħażagħ ħa jmorru Franza sabiex jikkompetu fil-logħob tal-European Youth Tour.