Katy Perry instabet ħatja f’seduta f’Qorti Amerikana li l-kanzunetta ‘Dark Horse’ li ħarġet fl-2013 ikkupjata minn kanzunetta tal-ġeneru rap Kristjan.
Il-kantanta stqarret li qabel ma ħarġet il-kanzunetta tagħha, hi kien għadha qatt ma semgħet il-kanzunetta ‘Joyful Noise’ ta’ Flame li ħarġet fl-2009.
L-avukat Christine Lepera li dehret għal Katy Perry qalet li dawk li fetħu l-kawża qed jippruvaw joħonqu l-elementi bażiċi tal-mużika. Hija saħqet li dawn l-elementi għandhom ikunu aċċessibbli għal kulħadd.
L-avukat li deher għal Flame sostna li Perry ikkupjat parti importanti mill-kanzunetta. Enfasizza wkoll il-fatt li l-kantanta bdiet il-karriera tagħha bħala artista Kristjana.
Ilbieraħ il-ġurija vvutat kontra Katy Perry. Illum se jkun deċiż x’kumpens għandu jingħata.
Il-kanzunetta ‘Dark Horse’ kien parti mir-raba’ album bl-isem ta’ Prism. In-numri ta’ kopji li nbiegħu madwar id-dinja jaqbeż it-13 –il miljun.
Permezz tal-vidjow mużikali Perry saret l-ewwel artista femminili li kellha aktar minn biljun segwaċi kemm fuq YouTube u anke Vevo.
Ritratt: Getty Images