Il-Prinċipessa ta’ Wales, Kate Middleton, ħabbret li lestiet il-kimoterapija u b’hekk se tkun qed terġa’ tissokta bl-irwoli tagħha, minkejja li mhux għal kollox.
Permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali, hija qalet li dawn id-9 xhur kienu diffiċli ħafna għaliha u għal familja tagħha, hekk kif il-ħajja tagħhom inbidlet ta’ taħt fuq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Żiedet tgħid li din l-esperjenza għallmitha tkun aktar grata ta’ dak li għandha fil-ħajja,
Fil-filmat dehru żewġha, il-Prinċep William u uliedhom, filwaqt li hija qalet li issa l-prijorità tagħha hija li tibqa’ ħielsa mill-kanċer.