Mara li l-Ħadd bil-lejl kienet irrapurtata nieqsa f’Marsalforn, instabet fil-baħar l-Erbgħa filgħodu fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Munxar, f’Marsaxlokk.
Il-mara ġiet identifika bħala Daniela Motta, Taljana ta’ sittin sena li riċentement kienet qed toqgħod ma’ binha f’Marsalforn.Irriżulta li kien binha stess li l-Ħadd bil-lejl irrapurtaha nieqsa wara li ħarġet u ma reġgħetx lura d-dar, u li kkonferma l-identità tagħha wara s-sejba fil-baħar.
Għall-ħabta tad-disgħa neqsin għaxra ta’ dalgħodu l-Pulizija kienu infurmati b’katavru fil-baħar.
Kienu mbagħad il-Forzi Armati ta’ Malta li tellgħu lill-mara mill-baħar, u daħħluha l-art f’Xatt it-Tiben fil-Furjana.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.