Il-Konsolat tal-Kolombja f’Malta esprima d-dieqa tiegħu għall-mewt tal-Kolombjan Carlos Augusto de la Espriella Perez, li seħħet fil-jiem li għaddew f’Paceville.
Il-Konsolat innota li l-awtoritajiet Maltin qiegħdin ifittxu liż-żewġ persuni involuti, u li qed issir ħidma sabiex il-katavru jittieħed lura l-Kolombja.
Il-Kolomnjan, ta’ 37 sena residenti s-Swieqi kien involut f’argument f’San Ġiljan. Il-pulizija kienet mgħarrfa b’dan l-argument fit-tlieta tal-Ġimgħa filgħodu. L-argument seħħ f’parapett ta’ stabbiliment bejn il-Kolombjan u żewġ persuni oħra.