Il-Berġa ta’ Kastilja nxtegħlet b’dawl aħmar dan bħala turija ta’ unità globali biex tiġi ċċelebrata l-inklużjoni. Dan kollu sar fil-50 Anniversarju tal-Ispecial Olympics International li hi l-akbar organizzazzjoni sportiva għal tfal u adulti b’diżabilità intellettwali, fejn tipprovdi taħriġ tul is-sena kollha u kif ukoll kompetizzjonijiet għal ħames miljun atleta.