Il-kartolini tal-Milied li se jintbgħatu mill-Uffiċju tal-Prim Ministru ta’ din is-sena, intgħażlu minn numru ta’ tpinġijiet li ħejjew l-atleti tal-ispecial Olympics.
Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ martu Michelle Muscat preżentaw iċ-ċertifikati lil dawk kollha li pparteċipaw. Tpinġijiet li fihom jispikkaw il-forom differenti tal-isports.
Tispikka wkoll it-tbissima fuq fomm l-atleti fil-mument li preżentaw it-tpenġijiet tagħhom lill-Prim Ministru flimkien ma’ martu.