Suċċess ieħor għas-sewwieq żagħżugħ ta’ 9 snin tal Karting Mason Barun. Din id-darba gewwa it-trakka ta’ South Garda, f’ Lonato l-Italja, fejn ħa sehem f’ waħda mill-aktar tiġrijiet prestiġjużi li hija r-ROK Sup Super Final.
Barun saq għat-team tal-GLD Racing Malta u kien sewwieq ufficjali tal BRM Racing li huma immexxija minn Gianluca Dingli. Huwa saq ma 89 sewwieq ieħor, li huma fost l aqwa fid dinja f’ dan l isport u għalkemm kienet l-ewwel darba li saq f din it trakka mill-ewwel wera il kapacitajiet tiegħu. Huwa rnexxilu jikkwalifika għall-Finali B, biex b’ hekk sar l ewwel u l-iżgħar malti li qatt irnexxilu jasal s’ hawn fil-Kategorija Mini.
Fil-finali Mason telaq mit- tlettax -il pożizzjoni u għalkemm iggwadanja anke xi ftit pożizzjonijiet, huwa temm it-tellieqa fit- tlettax -il post, iżda minħabba tliet sekondi penalita’ li huwa ingħata, ikkwalifika fis-sbatax il post.