Dan huwa tmiem il-ġimgħa impenjattiv għal tliet sewwieqa tal-karting maltin, hekk kif jinsabu l-Italja għal tellieqa importani ħafna. Mason Barun, Benjamin Piscopo u Jacob Micallef, niżlu fiċ-Circuit ta’ Franciacorta biex jieħdu sehem fl-ewwel rawnd tal-WSK Euro Series. Huma fost il-250 sewwieq minn madwar id-dinja, li ser jikkompetu fil-kategoriji MINI, OKNJ, OKN, OKJ u OK.
Il-WSK Euro Series hija pjattaforma għal sewwieqa żgħażagħ biex juru l-ħiliet tagħhom u potenzjalment jsibu posthom ma timijiet li jwasluhom għal-tlielaq tal-Formula. Din is-sena, l-Euro Series se tilqa’ bosta sewwieqa, timijiet u dilettanti minn madwar id-dinja. It-tieni rawnd tal-WSK Euro Series ser isir fiċ-Ċirkwit Internazzjonali ta Napoli f’Sarno, mill-25 sad-29 ta’ Settembru. Iż-żewġ avvenimenti jinkludu l-istess kategoriji: MINI, OKNJ, OKN, OKJ u OK.


