Nhar il-Ħadd li ġej, fiċ-ċirkwit ta’ Val Vibrata, in-naħa ta fuq ta l-Italja, se jsiru il-finali Nazzjonali tar-Rotax Max Challenge. Żewġ sewwieqa Maltin, membri tal-Karting Club Malta, Nick Gauci u Jake Agius kienu eliġibli wara li Gauci u Agius ġew l-ewwel u t-tieni rispettivament fil-kampjonat Sqalli. Finali li kienet miftuha għal 18 il-kompetitur iżda inkitbu biss 11.
Gauci spiċċa din il-finali fil-5 post u Agius fit-8 post. Agius ikkompetta b’kart BRM waqt li Agius ikkompeta b’kart DR waqt li l-magni kienu kollha Rotax125
Gauci kuntent wara tmiem il-gimgħa hekk kif fl-aħħar tellieqa ħassu aktar konfidenti meta il-kart kienet tajba ħafna u mal-ħin beda jidra ċ-ċirkwit. Is-sewwieqa Taljani kellhom aktar ħin biex jipprattikaw perezz li jgħixu fl-inhawi. Fil-fatt iddominaw l-ewwel 4 postijiet tal-klassifika. Gauci żamm ħafna viċin u filfatt bħala punti kwalifika fit-3 post b’148 punt u spiċċa fil-ħames post sempliċiment għax 2 kompetituri oħra kellhom ħin aħjar f’waħda mid-dwawar.
Agius ukoll spiċċa din l-avventura kuntent fit-8 post wara li kellu diversi diffikultajiet. Fil-bidu kien fil-5 post izda fit-tieni tellieqa spinjat sewwieqa femminili quddiemu u telfitu ammont konsiderevoli ta ħin. Fit-tieni tellieqa aċċident bejn iż-żewġ sewwieqa Maltin wassal biex tinfaqa waħda mir-roti tal-kart ta Agius.