Tmiem il-Ġimgħa eċċellenti għas-sewwieqa tal-karting Nicolas u Zachary Taylor fl-Italja, bejn il-Ġimgħa 26 u l-Ħadd 28 ta’ Awwissu ġewwa iċ-ċirkwit internazzjonali tal-karting ta Napli.
Nicolas spiċċa l-finali tiegħu fit-12-il pożizzjoni fost 30 sewwieq tal-karts KZ. Għal Nicola, din kienet l-aħjar tmiem f’Finali tal-kampjonat Taljan. Madankollu, dan ir-riżultat seta’ jinkiseb biss wara ġimgħat ta’ xogħol iebes mill-membri kollha tat-tim GP Racing Karts.
Wara tellieqa kbira tas-Sibt, Zachary ikkwalifika fil-pożizzjoni 33 għall-aħħar tiġrija. Mill-bidu, Zachary beda jitjieb bl-istess ritmu tas-sewwieqa ta quddiem. Huwa temm il-finali fit-18-il post fost 46 pilota. Zachary kien iddikjarat ukoll l-aktar sewwieq li avvanza l-posizzjoni tiegħu meta avvanza 15-il pożizzjoni f’tellieqa waħda.
Nicolas u Zachary rringrazzjaw lit-tim tal-GP Racing Karts għad-dedikazzjoni u l-appoġġ kontinwu tagħhom. Xogħol iebes u sigħat twal fit-trakka qed jibdew jagħtu l-frott tagħhom..
Nicolas u Zachary se jkunu qed jivvjaġġaw lejn Le Mans Karting International nhar l-Erbgħa biex jipprattikaw u eventwalment jikkompetu fil-Finali tad-Dinjija KZ fi tmiem il-ġimgħa li ġej.