Is-sewwieq Malti tal-karting Lucas Pace kiteb l-istorja tal-Karting Malti billi kiseb it-tielet post fir-Rok Super Finals waqt li rrappreżenta lil Malta fil-Klassi Rok Senior fis-South Garda International Karting Track ta’ Lonato fi Brescia, l-Italja. Il-Finali saru bejn il-Ħamis 20, u s-Sibt 22.
Pace spiċċa fuq il-podju wara li spiċċa fit-tielet post fil-Finali B mill-aqwa sewwieqa internazzjonali li rebħu s-Senior Rok Cups fil-pajjiżi rispettivi tagħhom. Pace kellu prestazjoni impressjonanti billi beda t-tellieqa f’pożizzjoni 28 u kiseb 24 post biex spiċċa fit-tielet post, u b’hekk sar is-sewwieq l-aktar li avvanza fil-ġurnata.
Lucas Pace rringrazzja lill-BRM Racing Factory, lill-BRM Official Racing Team, lil Gian Luca Dingli ta’ GLD Racing Team, u Team Manager tal-BRM Racing Team fl-Italja.
Flimkien ma tmien sewwieqa oħra issa Pace jinsab fi triqtu lejn iċ-ċirkwit ta Paul Ricard f’Marseille fi Franza biex jirrapreżentaw lill-Malta fl-FIA Motorsport Games.