Meta l-Ħadd li għadda kompla l-kampjonat tal-Karting fi Sqallija Zona 7, sewwieqa maltin kellhom prestazzjonijiet sbieħ.
L-aktar li spikka kien Kimi Buġeja li reġa’ iddomina meta rebaħ il-Qualifying, il-Pre Final u l-Final tal-GR3 ta’ taħt l-għaxar snin.
Fl-istess kategorija, Yan Camilleri spiċċa fir-raba’ post, Matias Abela fit-tmien post, Andrei Fenech id-disa’, Zara Vella fil-11-il post, Julian Vella fl-14-il post u Gigi Muscat fil-15-il pożizzjoni.
F’Kategoriji oħra, Claude Brincat spiċċa fit-tielet post tal-KZN Rookie.
Trevor Muscat fil-KZN spiċċa fit-tielet post.
Fl-OKN Junior, Zane Pace spiċċa’ t-tielet u Dario Mifsud fir-raba’ post.
Min-naħa tiegħu, Timothy Zarb spiċċa fit-13-il post fl-OKN.


