Is-Sibt, 14, u il-Ħadd 15 ta Jannar ġewwa it-trakka La Reve f’Ħal Far sar l-ewwel rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting. Mal-ftuħ tal-kampjonat wieħed seta’ jinduna li n-numru ta kompetituri kompla jikber fuq l-istaġun li għadda.
Is-Sibt 14 ta’ Jannar saru l-klassijiet ta’ sewwieqa ż-żgħar.
Fl-Entry Level Cody Darmanin spiċċa fl-ewwel post segwit minn Solberg Galea u Kimi Bugeja
Fil-Mini 60cc, Aryton Jon Tonna akkwista l-ewwel post segwiet minn Mason Barun u Dario Mifsud
Fir-Rotax Mini, Zane Pace spiċċa fl-ewwel post segwiet minn Daniel Abela u Kimaya Mifsud
Il-Iame Mini X30 intrebħet minn Ben Piscopo segwiet minn Morgan Tyler Zammit Azzopardi u Jamie Vassallo.
L-aħħar klassi tal-ġurnata, l-Iame X30 Junior, intrebħet minn Timothy Zarb, li kien segwiet minn Kyle Micallef u Luca Tanti
Il-Ħadd 15 ta Jannar kien imiss il-klassijiet għas-sewwieqa l-kbar.
Il-klassi Iame X30 Masters, intrebħet minn Keith Micallef, segwiet minn Kenneth Vella u Sandro Bugeja
Klassi Rotax Max intrebhet minn Eman Muscat, segwiet minn Salvatore Toscano u Clayton Mizzi
Iame X30 Senior, intrebħet minn Kyle Mercieca, segwiet minn Nicky Gauci u Daniel Gauci
Vortex RokGP Senior, intrebħet minn Micah Scicluna, li kien segwiet minn Claude Brincat, u Ryan Borg
Il-klassi Vortex RokGP Masters, intrebħet minn Neville Zammit, li kien segwiet minn Glenn Vassallo u Norbert Valletta
Il-Kampjonat qiegħed jiġi organizzat b’kooperazzjoni bejn Karting Club Malta, u Island Karting Club u mmexxi mill-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport. It-tieni rawnd ser isir fil-25 u 26 ta Frar fl-istess trakka La Reve f’Ħal Far. L-avveniment jkun miftuħ għall-pubbliku, mingħajr ħlas, tajjeb għal-familja kollha, u li zgur jingħoġob mit-tfal ta kull eta.