Ħames sewwieqa maltin tal-Karting kellhom prestazzjonijiet sbieħ meta ġadu sehem fil-ftuħ tal-Kampjonat Coppa Italia Zona 7 l-Ħadd li għadda fi Sqallija.
Kimi Buġeja ġie l-ewwel fil-kategorija GR3 Under 10 filwaqt li Andrei Fenech spiċċa t-tielet fl-istess kategorija.
Yan Camilleri spiċċa barra minħabba li tilef il-kontroll minħabba x-xita li għamlet. F’din il-kategorija ikkompetew 13-il sewwieq.
Zane Pace din is-sena beda jikkompeti fil-kategorija ġdida OKN Junior spiċċa fir-raba’ post minn 16-il sewwieq
Timothy Zarb fl-OKN Senior spiċċa fis-sitt post minn 20 sewwieq.
