Bejn il-Ġimgħa 24, u l-Ħadd 26, is-Sewwieq tal-Karting Ayrton Tonna kien fiċ-Circuito Internazionale di Triscina fi Sqallija biex jikkompeti fit-2 tellieqa tal-Coppa Italia Sicilia. Sfortunatament, l-affarijiet ma bdewx tajjeb, peress li t-tim ta ‘Ayrton kellu diffikultajiet biex jissetja ix-chassis u jsib is-setup korrett tal-magna. Madankollu, dan ma qatax qalb Tonna u xorta reġa sab postu fuq il-podju.
Tonna kiseb it-tieni position fil-pole position, spiċċa il-prefinali fit-tieni post u l-finali fit-tieni post ukoll. Dan huwa t-tieni podju fi Sqallija għal Tonna, hekk kif fl-ewwel rawnd ta’ dan il-kampjonat li sar bejn is-26 u s-27 ta’ Frar, f’Pista Del Sole, f’Siracusa Sqallija, spiċċa fl-ewwel post.
Ayrton Tonna rringrazzja lil missieru, Jonathan Tonna, talli kien il-kowċ, il-mekkanik tiegħu u fuq kollox tal-appoġġ morali.