Fl-ewwel parti taċ-ċerimonja tal-inkurunazzjoni tar-Re Karlu III u r-Reġina Camilla, huma se jivvjaġġaw b’karozzella moderna, bit-twieqi elettriċi u bl-arja kkundizzjonata.
L-inkurunazzjoni, li se ssir fis-6 ta’ Mejju, se tkun l-ewwel waħda mill-1953 ’l hawn, meta saret l-inkurunazzjoni tar-Reġina Eliżabetta II.
Tħabbar li din il-karozzella hija magħmula mill-aluminju, b’differenza minn dik tradizzjonali, li hija tal-injam indurat. Din il-karozzella tradizzjonali se tintuża wara l-inkurunazzjoni.