Għaddej ix-xogħol biex Triq Ħal Luqa f’Santa Luċija, jiġifieri t-triq li tgħaqqad lil Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Luqa tiżdidilha karreġġjata oħra bil-għan li din tintuża għal persuni li jgħażlu li jimxu flok il-karozza u kif ukoll għaċ-ċiklisti.
Sa issa wieħed ma setax jaqsam minn Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien għal Ħal Luqa b’dawn il-mezzi għall-fatt li lanqas biss kien hemm bankina f’din it-triq.
Dawn l-iżviluppi f’din it-triq se jservu wkoll għal dawk li minn dawn l-irħula jridu jmorru ċ-Ċimiterju tal-Addolorata.