Mil-lum daħlu fis-servizz tat-trasport pubbliku karozzi elettriċi f’Għawdex.
Kien proprju lbieraħ li ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela fqal kif hemm karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku u jinsabu weqfin fil-gżira Għawdxija.
Saħaq li dawn il-karozzi tal-linja ser ikunu qed jiġu utilizzati.
Il-Prim Ministru Robert Abela qal dan fi Stqarrija Ministerjali fil-Parlament, li fiha ta rendikont tas-sehem tiegħu fil-Konferenza COP26 fi Glasgow, l-Iskozja, il-ġimgħa l-oħra.