Fl-Irlanda ta’ Fuq numru ta’ karozzi saru ħuġġieġa waħda waqt rvellijiet fost biża’ li jista jkompli jiżdied l-inkwiet.
Is-Sibt filgħaxija madwar tliet karozzi ġew misruqa u wara ngħataw in-nar fl-akkwati ta’ Newtownabbey, barra l-belt ta’ Belfast.
Fil-vjolenza li qabdet minn dimostranti estremisti, vann tal-pulizija spiċċa wkoll fil-mira.
Il-Federazzjoni tal-Pulizija Irlandiża appellat għal tmiem il-vjolenza instigata minn żgħażagħ.