Dalgħodu saret it-tielet edizzjoni ta’ “The President’s Classic Car Round Malta Tour”, b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
Dilettanti ta’ karozzi antiki nġabru fi Triq il-Mitjar San Niklaw fis-Siġġiewi għat-tluq.
L-organizzazzjoni ta’ din l-attività saret bis-sehem ta’ diversi għaqdiet tad-dilettanti, fosthom Old Motors Club Malta, il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport, u l-Federazzjoni Maltija tal-Vetturi Antiki.
Fir-rotta ta’ din is-sena, il-parteċipanti saqu lejn iż-Żurrieq, Birżebbuġa, Santa Luċija, il-Marsa, il-Mosta u spiċċaw ta’ Qali.
Tul ir-rotta assistew uffiċjali mill-Aġenzija għall-Infurzar Lokali l-LESA, Transport Malta, u l-Pulizija.