Id-Dipartiment tad-Dwana ħareġ għall-bejgħ eluf ta’ oġġetti maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur. Il-bejgħ bl-offerta se jsir nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018 f’nofsinhar.
Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti li qiegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mil-lum it-Tnejn 11 ta’ Ġunju 2018 sa daknhar tal-bejgħ (il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018 f’nofsinhar). L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa, u l-ħinijiet tal-ftuħ huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-1230pm u l-4pm.
Fost l-oġġetti għall-bejgħ hemm:
- 23,700 flixkun b’xorb alkoħoliku u inbejjed kif ġej:
- 12,500 flixkun inbid;
- 7,500 flixkun vodka;
- 3,200 flixkun whisky; u
- 500 flixkun xorb ieħor (liquers, gin, brandy, rum eċċ)
- 11,000 par żarbun;
- 9,600 tazza tat-te’;
- 5,000 compact disc covers;
- 96 pallet madum tal-ħajt;
- karozza Mercedes Benz;
- karozza Toyota Corolla;
- torches;
- 130 WCs; u
- Sett sufan, pultruni u coffee table.