Id-Dipartiment tad-Dwana qed jorganizza bejgħ bl-offerta ta’ affarijiet varji fosthom karozza, żraben, ħwejjeġ ta’ taħt u dinghy.
L-affarijiet li se jkunu qed jinbiegħu huma:
- Karozza Volkswagen Bora;
- Dinghy kbir;
- Żewġ Akwarja imdaqqsa;
- 115 il-pallet madum taċ-ċeramika;
- 18,000 par żarbun;
- 48,000 biċċa underwear;
- 21,000 tazza tax-xorb;
- 2,400 flixkun Vodka;
- 18,000 flixkun inbid
Dawn l-affarijiet se jkunu għall-wiri bejn it-Tnejn 27 ta’ Frar u l-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 2017 fil-ħinijiet tal-uffiċċju fi Newport Bonded Stores, il-Marsa. Il-ġimgħa se jkunu għall-wiri sad- 9.00am.
L-offerti se jintlaqgħu sal-Ġimgħa 2 ta’ Marza fid-9.00am.
Id-dwana spjegat li dan huwa bejgħ bl-offerta’ ta’ oġġetti varji li b’mod regolari d-Dipartiment tad-Dwana jaqbad.