Persuna tilfet ħajjitha wara li l-vettura li kienet qed tinstaq mill-istess persuna baqgħet nieżla għal isfel mill-irdum fl-Aħrax tal-Mellieħa.
Il-Pulizija kkonfermat li daħlilhom rapport għall-ħabta tal-10:40, li karozza niżlet għal isfel fejn l-istatwa tal-Madonna.
Fuq il-post issejħet ambulanza, Pulizija u membri mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Is-sewwieq ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.