Persuna nqatlet u oħrajn indarbu wara li karozza saqet fuq folla fi triq traffikuża f’Berlin.
Għadu mhux magħruf jekk dan il-każ kienx inċident jew sarx apposta.
Kelliem għall-Pulizija Ġermaniża qal li x-xufier tal-karozza, raġel ta’ disgħa u għoxrin sena, ġie arrestat fuq ix-xena fejn seħħ il-każ.
Ir-raġel għandu ċittadinanza Ġermaniża u Armenjana u jgħix f’Berlin.
L-inċident seħħ fil-qalba tal-Punent tal-kapitali Ġermaniża f’waħda mill-iktar toroq magħrufa għax-xiri.
Rapporti jgħidu li l-karozza kienet qed tinstaq fit-triq meta f’daqqa waħda telgħet fuq bankina u baqgħet dieħla fil-faċċata ta’ ħanut.
Fuq ix-xena tal-inċident kien hemm mal-mija u tletin ħaddiem tal-emerġenza li kienu qed jagħtu l-għajnuna tagħhom.
Is-Sindku ta’ Berlin, Franziska Giffey, kitbet fuq Twitter li tinsab imnikkta b’dan l-inċident u l-Pulizija qed jagħmlu minn kollox biex jistabbilixxu x’ġara eżatt.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI